“Irridu nkunu bħal Juventus. Skwadra li għandha mentalità li dejjem trid tagħti logħba lil kull tim u bi stabilità.”
Kliem il-President ta’ Roma James Pallotta, li f’intervista qal li l-iskwadra tiegħu mhix daqstant imbiegħda minn Juventus fil-klassifika.
Kompla li d-differenza bejn Juventus u Roma hi li l-kowċ tal-iskwadra tal-kapitali, Luciano Spalletti, ilu biss sena, u allura għandu bżonn iż-żmien biex jifforma l-iskwadra tiegħu kif jixtieq.
“Biex inkun sinċier, nixtieq li ninsabu fl-ewwel post. FIl-bidu tal-kampjonat ħlejna punti li kellna nakkwistaw,” temm jgħid Pallotta.
Sors: Roma.it






