Dikjarazzjoni mhux mistennija mill-President ta’ Sampdoria, Massimo Ferrero, li kkritika lil dawk li qalgħu kontroversji kontra r-referees fl-Italja.

“Ilkoll kellna xi lmenti mir-referees fil-passat, imma għandhom xogħol diffiċli ħafna, allura waqaft nilmenta. M’għandniex bżonn skużi. Sentejn ilu aħna wkoll sofrejna deċiżjoni taħt ir-referee Valeri, imma ma qbadtx din ir-retorika,” iddikjara Ferrero.

Kompla b’appell lill-klabbs l-oħra: “Ħallu lir-referees jaħdmu. Ejjew nitkellmu fuq l-affarijiet tajba, niftħu l-bibien għall-partitarji u nneħħu t-tessera del tifoso.”

Saħansitra qabeż għal Juventus: “Kulħadd jagħmel l-istess fil-konfront ta’ Juventus, imma meta naġixxu hekk qed neqirdu l-Kampjonat. Juventus jirbħu għax huma mmexxija tajjeb. Jien ma nobgħodx lil Juventus, għaliex huma l-11 fil-grawnd li jirbħu.”

Sors: Around J

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280