It-tim ta’ Parma kiseb tliet promozzjonijiet konsekuttivi u b’hekk reġgħu kisbu post fl-ogħla diviżjoni fl-Italja iżda l-Federazzjoni tal-futbol Taljana jidher li se tinvestiga l-aħħar partita ta’ dan it-tim kontra Spezia.
Fl-aħħar partita tal-kampjonat Parma rebħu barra minn darhom kontra Spezia bl-iskor ta’ 2-0 b’żewġ gowls ta’ Amato Ciciretti iżda kien possibbli li jiksbu l-promozzjoni għaliex l-eqreb rivali tagħhom Frosinone spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Foggia.
Fil-partita ta’ Parma meta l-iskor kien għadu jimmarka 1-0, Spezia kellhom opportunità li jġibu l-iskor indaqs iżda l-eks plejer ta’ Parma, Alberto Gilardino falla penalty. La Gazzetta dello Sport irrappurtat li l-prosekutur tal-FIGC diġà interroga lil żewġ plejers ta’ Spezia li huma Filippo De Col u Alberto Masi, żewġ plejers ta’ Parma li huma Fabio Ceravolo u Emuanuele Calaiò, it-team manager u c-CEO ta’ Parma Leonar Pinto u Paolo Micheli rispettivament.
L-investigazzjoni qed issir wara li ġie allegat li ż-żewġ plejers investigati ta’ Parma għamlu kuntatt erbat ijiem qabel l-aħħar partita maż-żewġ plejers investigati ta’ Spezia fejn bdew jiċċajtaw bejniethom dwar id-difensuri ta’ Spezia u tkellmu wkoll li ż-żewġ timijiet għandhom għanijiet differenti għall-aħħar partita.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com