Ġurnali differenti qed jirrappurtaw li Juventus qed isegwu b’interess lil Iñaki Williams, l-attakkant Spanjol ta’ 22 sena li jilgħab għal Athletic Bilbao.
Iżda Williams deher sorpriż. “Ma naf b’xejn dwar l-interess ta’ Juventus. Tkellmu mal-aġent tiegħi. Ninsab sorpriż b’din l-aħbar. Dejjem stinkajt biex nibqa’ ma’ Bilbao u m’għandix intenzjoni li nbiddel il-klabb. Għamlu sforz qawwi biex inġedded, u ninsab kuntent.”
Sors: El Mundo Deportivo
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






