F’intervista mal-Gazzetta dello Sport, Paolo De Ceglie ammetta li dan huwa mument diffiċli għalih u għandu qalbu maqsuma li se jkun qed jinfired minn ma’ Juventus wara 22 sena. Mill-1 ta’ Lulju De Ceglie se jkun jista’ jiffirma ma’ min irid wara li jkun uffiċjalment spiċċalu l-kuntratt tiegħu mal-Bianconeri.

“Huwa tassew mument diffiċli u għandi qalbi maqsuma li se nitlaq lil Juventus wara perjodu twil ta’ 22 sena. Hija vera li kien hemm xi waqtiet li xtaqt nitlaq lil dan it-tim però qatt ma ntlaħaq ftehim mal-ebda tim. Issa wasal il-mument li se jiskadili l-kuntratt u se nkun nista’ nibda avventuri ġodda.”

Sors: La Gazzetta dello Sport