Il-Prokuratur Federali Giuseppe Pecoraro qed imexxi investigazzjoni fil-konfront ta’ Napoli u Aurelio De Laurentiis, dwar biljetti b’xejn li spiċċaw f’idejn il-Kamorra.
Dan il-każ qed jitqies bħala wieħed fotokopja ta’ dak fil-konfront ta’ Juventus, li għalih il-President Andrea Agnelli ġie kkundannat għal sena. Agnelli ċaħad dan kollu, u fi ftit jiem oħra mistenni jibda l-appell.
Iżda fil-każ ta’ Napoli jidher li m’hemmx biss l-involviment tad-diriġenti, imma wkoll uħud mill-plejers li jissemmew f’numru ta’ ritratti, filmati, informazzjoni u interċettazzjonijiet f’idejn il-Pulizija.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com