Id-diriġenti ta’ F.C. Internazionale ammettaw il-ħtija f’każ dwar id-dikjarazzjonijiet qarrieqa ta’ plusvalenze, jew aħjar il-qligħ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ diversi trasferimenti.
Il-każ kien dwar it-trasferimenti tal-plejers Luca Caldirola, Yuto Nagatomo u Luca Garritano.
B’din l-ammissjoni, Inter weħlu multa ta’ €90,000 iżda evitaw proċess ġuridiku li seta’ jwassal għal sanzjonijiet iktar ħarxa.
Sors: La Gazzetta dello Sport