Wara ftehim iffirmat mal-UEFA, Inter kienu qed jirriskjaw verament li jiġu mwaqqfa milli jagħmlu iżjed akkwisti jew inkella saħansitra jitwaqqfu milli jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet Ewropej. Dan minbarra multa ta’ €7 miljuni għal telf li jlaħħaq l-€10 miljun.

Bil-ftehim mal-UEFA minħabba l-Financial Fair Play, Inter riedu jdaħħlu €30 miljun sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Fl-aħħar sigħat huma biegħu lil Caprari lil Sampdoria għal €15-il miljun, (plusvalenza ta’ €8 miljuni wara li ġie akkwistat għal €4 miljuni madwar sena ilu), Miangue lil Cagliari għal €3.5 miljun, Dimarco lil Sion għal €4 miljun, Gravillon lil Benevento għal €1.5 miljun u Banega li jingħaqad ma’ Seville għal €9 miljun. Dan minbarra l-bejgħ ta’ numru ta’ żgħażagħ oħra.

Jistgħu jinbiegħu wkoll Biabiany jew Ranocchia għal €5 miljuni lil Genoa. Dan tal-aħħar għandu offerti wkoll minn Huddersfield u WBA fl-Ingilterra.

Fl-istess waqt intlaħaq qbil ukoll biex Medel jgħaddi għand Trabzonspor għal €5 miljuni iżda l-plejer u l-aġent mhux deċiżi dwar dan it-trasferiment. Il-plejer hu mixtieq ukoll minn Boca, li lesti jħallsu ferm inqas jew jaċċettawh b’xejn.

Inter setgħu solvew din il-kwistjoni qabel bil-bejgħ ta’ Perisic lil Manchester United, iżda talbu €50 miljun, meqjusa wisq mill-Ingliżi.

Issa li s-sitwazzjoni ssolviet, Ausilio u Sabatini għandhom €150 miljun x’jonfqu fis-suq tat-trasferimenti, bi Skriniar u Borja Valero fil-quċċata tax-xewqat tagħhom. Dan grazzi għad-diriġenza ġdida u sponsors bħal SMW Motors.

Sors: Vavel/Gianluca di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280