“Il-fatt li Juventus qed jagħtu daqshekk attenzjoni lil Inter hija l-konferma tal-importanza tal-klabb,” kien id-diskors ta’ Inter fi stqarrija uffiċjali. Din kienet stqarrija li Inter ħarġu bħala risposta għad-dikjarazzjonijiet ta’ John Elkann iktar kmieni llum.
Fl-istess stqarrija, Inter qalu: “Il-klabb ma jistax jifhem għalfejn Juventus jibqgħu jirreferu għal Inter, mentri l-attenzjoni tagħna qatt ma kienet fuqhom,” u li sempliċiment, “Fittixna li niddiskutu deċiżjonijiet arbitrali diskutibbli f’logħba importanti għalina u għas-Serie A.”
Inter temmew l-istqarrija hekk: “Kulħadd għandu l-istorja tiegħu, aħna għandna tagħna u kburin biha.”
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment