Wara li Napoli raw lill-aqwa attakkant tagħhom, Gonzalo Higuaín, jingħaqad mal-avversarji Juventus, huma u klabbs oħra bdew jinkludu klawżoli li ma jippermettux trasferiment tal-plejers ma’ Juventus.
Jingħad li fost il-plejers li għandhom din il-klawżola ġdida, hemm in-Naplitani Hysaj, Koulibaly u Zieliński, kif ukoll l-Interisti Icardi u Brozović.
Dan hekk kif Juventus wasslu messaġġ ċar, li kapaċi jħallsu anke klawżoli meqjusa bħala għoljin, wara snin ta’ ħidma bil-għaqal biex saħħew il-bażi finanzjarja tagħhom.
Sors: La Gazzetta dello Sport






