Fl-istess waqt li ntalbet piena ta’ tnaqqis ta’ 15-il punt għal Chievo, li jekk konfermata tfisser relegazzjoni għal dan il-klabb, ħarġet ukoll l-aħbar li Inter qed ikunu investigati għall-istess raġuni.
Il-każijiet huma dwar plejers mibjugħa bi prezzijiet ferm ogħla mill-prezz tas-suq tagħhom, tant li fi kważi kull każ dawn il-plejers spiċċaw jilagħbu f’kategoriji baxxi jew saħansitra rtiraw ftit wara. Dan kien qed isir bl-iskop li l-klabbs jibbilanċjaw il-kontijiet tagħhom.
Fil-każ ta’ Inter, il-klabb kellu obbligu li jagħmel plusvalenzi ta’ mill-inqas €45 miljun sat-30 ta’ Ġunju. Dan seħħ hekk kif, mill-bejgħ ta’ plejers żgħażagħ, il-klabb irreġistra dħul ta’ €51 miljun.
Skont is-sit Transfermarkt, il-valur ta’ Andrei Radu kien ta’ €0, iżda nbiegħ għall-prezz ta’€7.5 miljun, Marco Carraro minn valur ta’ €100,000 inbiegħ għall-prezz ta’ €5 miljun, Federico Valietti nbiegħ bil-prezz ta’ €7.5 miljun meta l-valur kien ta’ €500,000 waqt li Davide Bettella nbiegħ għall-prezz ta’ €7 miljun meta l-valur tiegħu kien negliġibbli.
Hemm ukoll tliet klabbs oħra tas-Serie A, jiġifieri Atalanta, Sassuolo u Genoa, li qed ikunu investigati.
Fil-każ ta’ Chievo hemm il-każ ta’ Ismail Haddou li minn valur ta’ €50,000 inbiegħ għal €930,000. L-istess fil-każ ta’ Fabio Tommassini. Thomas Gkaras u Andrea Magrini nbiegħu għal €2 miljun kull wieħed meta kellhom valur ta’ €50,000 u €125,000 rispettivament, waqt li Luca Concato, li kellu valur ta’ €75,000, inbiegħ għall-prezz ta’ €2 miljun.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com