L-amministratur ta’ Milan Marco Fassone ammetta li r-raba’ post għat-tim ta’ Milan se jkun diffiċli anke għall-fatt li dan it-tim f’dan l-istaġun għandu ħafna plejers ġodda.

It-tim ta’ Milan flimkien mal-amministrazzjoni l-ġdida nefqet iktar minn €200 miljun fi plejers ġodda.

“L-objettiv tagħna kien li niġu mal-ewwel erbgħa u l-ħsieb tagħna kien li 70 punt kienu ħa jkunu biżżejjed biex niġu fir-raba’ post però t-timijiet ta’ fuq huma b’saħħithom ħafna.”

Sors: Radio Uno

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280