Id-difensur Pollakk ta’ Monaco Kamil Glik sostna li għalkemm kien ħaqqu jitkeċċa wara li rifes lil Gonzalo Higuaín, xorta waħda jemmen li r-referees jgħinu lil Juventus u se jibqgħu jgħinuhom.

“Ir-rifsa fuq Higuaín ma kinitx intenzjonata jew biex nipprovoka lill-partitarji Juventini. Jien nammetti li kien ħaqqni tkeċċija però fil-passat plejers ta’ Juventus għamlu l-istess jekk mhux agħar u xorta ma weħlu xejn. Ir-referees jgħinu lil Juventus u sfortunatament se tibqa’ tiġri l-istess ħaġa.”

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280