Il-President ta’ Empoli Fabrizio Corsi wiegħed li l-iskwadra tiegħu se tagħmel minn kollox biex twaqqaf lil Juventus u b’hekk tpaxxi lil Napoli ta’ Maurizio Sarri.
“Se nagħmlu minn kollox biex inwaqqfu lil Juventus f’darhom u b’hekk nagħmel pjaċir lill-ekskowċ tiegħi Maurizio Sarri. Jixraqlu,” qal Corsi.
Kompla li mingħand il-plejers tiegħu jistenna qabża ta’ kwalità kontra Juventus, u Fiorentina ġimgħa wara.
Sors: Itasportpress.it