Fi Spanja, Francisco Román Alarcón Suárez, magħruf aħjar bħala Isco, ma jixtieqx iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid għaliex ma jħossx li qed jingħata spazju kemm jistħoqqlu. Jidher li hu ċċara l-pożizzjoni tiegħu mal-kowċ ta’ Real. iżda s’issa għadu mhuwiex sodisfatt b’kif imxew l-affarijiet.
Fil-fatt, waqt intervista ma’ Bein Sport l-Ispanjol qal hekk: “Ninsab kalm, iżda li m’iniex nilgħab spiss qed tinkwetani; il-karriera ta’ plejer hija qasira.” Kompla jgħid: “Hawnhekk ninsab tajjeb u kuntent, iżda sal-aħħar tal-istaġun se nieħu deċiżjoni: hemm il-futur tiegħi fin-nofs.”
S’issa l-plejer ta’ 24 sena kien impjegat mhux ħażin minn Zidane fil-La Liga, b’ħames assists u ħames gowls fi sbatax-il partita. Imma fiċ-Champions League kulma lagħab logħba waħda, u dwar dan mhux kuntent. Jekk jagħżel li jħalli lill-Blancos, il-klabbs li se jiġru wara l-firma tiegħu mhumiex se jkunu ftit. Forsi jkunu Juventus li jirnexxilhom jeħduha.
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment