Problemi għall-Atalanta hekk kif fl-aħħar sigħat sar magħruf li l-attakkant ta’ 32 sena Mauricio Pinillo mhux se jilħaq jirkupra għal-logħba ta’ llum kontra Juventus.
Barra wkoll l-attakkant Papu Gómez u x’aktarx ankè l-midfielder Alessandro Diamanti, li mistenni jiġi sostitut minn Gaetano Monachello.
Dawn il-problemi se jwasslu biex il-kowċ Edoardo Reja jbiddel il-formazzjoni tas-soltu, minn 4-3-3 għal 3-5-2, li x’aktarx tkun iffurmata minn Sportiello, Toloi, Masiello, Paletta; Conti, Cigarini, De Roon, Kurtic, Dramè; Monachello u Borriello.





