L-attakkant Żvediż ta’ 34 sena Zlatan Ibrahimović ħabbar li mhux se jibqa’ f’Pariġi hekk kif il-kuntratt tiegħu jiskadi fi tmiem dan l-istaġun.
F’kummenti li ta wara r-rebħa ta’ PSG fuq Troyes bi skor ta’ 9-0, li fissret ukoll ir-rebħ tal-kampjonat, Ibrahimović qal hekk: “F’dan il-mument ma jidhirx li se nibqa’ ma’ PSG. Fadalli xahar u nofs hawn. Jekk ibiddlu t-Torri Eiffel ma’ statwa tiegħi nibqa’, inwegħedkom.”
Sors BeIN Sports
Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.