Il-President ta’ Crotone, Raffaele Vrenna, waqt intervista qal li għada Crotone se jkunu qed jippruvaw iwaqqfu lil Juventus biex jagħmlu pjaċir lil Napoli u Roma.
Waqt li kien qiegħed jispjega kif kontra t-timijiet il-kbar Crotone dejjem lagħbu tajjeb, Vrenna qal li minkejja li jħobb ħafna l-għaġin, jekk għada Crotone joħorġu rebbiħin, jagħmel sa Ġunju ma jikolx għaġin.
U għal darb’oħra naraw li fil-futbol Taljan hemm biss żewġ kategoriji ta’ partitarji, il-Juventini u l-anti-Juventini. It-timijiet l-oħra fl-Italja huma biss skuża għall-anti-Juventini biex ikollhom ftit rix biex jifirħu.
F’din l-istqarrija infantili tal-President ta’ Crotone tidher biċ-ċar kemm għal kull tim Taljan il-logħba kontra Juventus hija l-logħba ta’ ħajjithom. U nemmen li dan kollu jkompli jagħmel is-suċċessi ta’ Juventus f’dawn l-aħħar snin iktar prezzjużi.
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment