Beda staġun ieħor għall-Primavera ta’ Juventus, hekk kif it-tim reġa’ beda t-taħriġ tiegħu ġewwa Vinovo.

Din kienet l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ taħt il-kowc il-ġdid, Alessandro Dal Canto, li ħa post Fabio Grosso li ngħaqad ma’ Bari.

Fl-ewwel ġurnata ngħaqdu 25 plejer, fejn kien hemm anke xi wċuh ġodda. Mis-sena 1999 hemm plejers bħal Zanandrea u Scapin li daħlu lura minn esperjenzi b’self, filwaqt li hemm tliet plejers mis-sena 2001 li huma Leone, Fagioli u Petrelli.

Żewġ uċuh importanti huma Cendrim Kameraj u Sandro Kulenović. Kameraj hu attakkant li twieled fl-1999 l-Iżvizzera, iżda ta’ oriġini mill-Kosovo. L-staġun li għadda kien ma’ Luzern. Kulenović hu attakkant Kroat, ukoll tas-sena 1999 u ġej mingħand Legia Warsaw.

Lista tal-plejers:
Goalkeepers: Busti, Loria, Marricchi.
Difensuri: Freitas, Joao Serrao, Meneghini, Pessot, Tripaldelli, Zanandrea.
Midfilders: Capellini, Leone, Lombardi, Merio, Morrone, Ndiaye, Nicolussi, Caviglia, Scapin.
Attakkanti: Campos, Fagioli, Galvagno, Kameraj, Kulenović, Morachioli, Petrelli, Sbordone.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280