Teskala t-tensjoni fl-ambjent Naplitan hekk kif partitarji Naplitani li kienu preżenti f’Dimaro, fejn Napoli għaddejjin bit-taħriġ, infexxew f’kori kontra d-diriġenza.

Rapporti jindikaw li kien hemm kori kontra l-President Aurelio De Laurentiis kif ukoll kontra l-attakkant Gonzalo Higuaín hekk kif dan mistenni jissieħeb lil Juventus.

Illejla saħansitra mistennija kontestazzjoni kontra d-diriġenza fi Stadio Briamasco, fejn Napoli jaffrontaw lil Trento f’logħba ta’ ħbiberija.

Dan hekk kif mistennija jaslu wkoll iżjed partitarji li mhux alloġġjati f’Dimaro, iżda li kienu diġà ppjanaw il-vjaġġ tagħhom għal din il-logħba.

Sors: TuttoJuve

dical-banner-1200×280