Il-kowċ Zlatko Kranjčar irriżenja mit-tmexxija ta’ Dinamo Zagreb, ftit jiem qabel il-logħba kontra Juventus fiċ-Champions League.
Ir-riżenja waslet wara tliet telfiet in fila għal Dinamo – l-ewwel telfa fil-kampjonat wara 104 logħba kontra Osijek, telfa ta’ 3-0 kontra Lyon fiċ-Champions League u telfa oħra ta’ 5-2 kontra Rijeka fil-logħba tal-bieraħ.
Dinamo Zagreb jinsabu fit-tielet post tal-kampjonat Kroat, erba’ punti taħt il-leaders Rijeka. Kranjčar kien ilu biss xahrejn fit-tmexxija tal-klabb.
Sors: Goal