L-akkwisti l-ġodda ta’ Inter, u magħhom anke Jovetić u Kondogbia, mhux mistennija jkunu inklużi fil-lista tal-Europa League.

Din il-lista trid tasal għand il-UEFA sal-lejla, iżda hi kważi uffiċjali li l-erba’ plejers imsemmija mhux se jiġu inklużi. Dan minħabba restrizzjonijiet finanzjarji.

Ir-regoli jgħidu li klabb ma jridx jonfoq iżjed milli jkun daħħal. Inter, fl-edizzjoni tal-Europa League tal-2014/15, irreġistraw dħul ta’ €90 miljun imma nefqu madwar €215 miljun għal riżultat negattiv ta’ €125 miljun.

Biex din id-differenza tiġi eliminata, Inter huma sfurzati jħallu barra lil João Mário (€40 miljun), Jovetić (€17-il miljun), Kondogbia (€31 miljun) u Gabigol (€29 miljun).

Fi Frar imbagħad tiddaħħal lista oħra, dejjem ta’ 22 plejer, li jista’ jkollha sa massimu ta’ tliet tibdiliet.

Sors: La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280