Waqt intervista li matulha tkellem dwar diversi aspetti, José Maria Callejón wieġeb mistoqsijiet relatati mal-isfida għall-Iscudetto 2017/18.
Meta mistoqsi dwar x’se jagħmlu Napoli f’dan l-istaġun meta ħafna qegħdin ipoġġuhom bħala l-anti-Juve, l-Ispanjol wieġeb hekk: “Se nieħdu dan l-irwol u se nżommuh, mingħajr biża’. Naħsbu li aħna tim kbir, fl-istat li jagħmel affarijiet kbar.”
Mitlub jagħti eżempju biex juri li Napoli jistgħu verament iħabbtuha ma’ Juventus għar-rebħ tal-Iscudetto, hu rrisponda: “Aħna se nkomplu mit-48 punt li ġibna fit-tieni nofs tal-aħħar kampjponat, meta rnexxielna naslu fejn ftit ħasbu li se jirnexxilna. Aħna qrib ħafna ta’ Juventus, inħossuha. Għalkemm biex tirbaħ hemm ħafna affarijiet żgħar li jagħmlu d-differenza, u d-diffikultajiet mhumiex se jonqsu.”
Sors: Corriere dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com