Chelsea uffiċjalment offrew lil Juan Cuadrado għal negozjar ma’ klabbs oħra. Juventus hu l-ewwel klabb favorit li jiffirma lill-Kolombjan.

Jidher li kien Juan Cuadrado li talab biex jiġi ċedut lil Juventus u Chelsea mill-ewwel rabtu prezz ta’ €30 miljun mal-Kolombjan, iżda Juventus lesti li joffru €25 miljun.

Il-klabb minn Turin hu favorit li jerġa’ jakkwista lill-Kolombjan, li qed jiġi segwit ukoll minn Inter.

Juan Cuadrado, destinazzjoni lura fil-belt rebbieħa?

Sors: Gianluca Di Marzio

dical-banner-1200×280