La Gazzetta dello Sport irrappurtat l-aħbar li Juventus mistennija jressqu offerta ta’ €25 miljun għall-akkwist ta’ Matteo Politano mingħand Sassuolo.

Wara li fl-aħħar sigħat ġie mħabbar li Juan Cuadrado se jdum barra aktar minn kemm previst, Juventus se jkunu qegħdin ifittxu alternattivi oħra.

Id-Direttur Sportiv ta’ Sassuolo Giovanni Carnevali ammetta li l-plejer esprima x-xewqa li jħalli l-klabb.

Napoli huma fost it-timijiet li jinsabu interessati wkoll fis-servizzi ta’ Politano iżda Juventus mistennija jidħlu fit-taqtigħa biex jakkwistaw il-firma ta’ dan il-plejer.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280