It-tim ta’ Juventus safa eliminat mill-UEFA Youth League wara li tilef 1-0 kontra Barcelona ġewwa Vinovo, biex għal darb’oħra t-tim Juventin ħareġ diżappuntat f’din il-kompetizzjoni hekk kif sa issa rnexxielu jgħaddi darba biss għar-rawnd li kien jmiss, l-istaġun li għadda meta mbagħad inqala’ ma’ Ajax.

Il-Katalani marru fil-vantaġġ fil-50 minuta meta Sergi Puig tefa’ wara l-gowlkeeper ta’ Juventus biex ta t-tliet punti lil Barcelona.

Juventus jilagħbu l-aħħar logħba tagħhom f’din il-kompetizzjoni ġimagħtejn oħra kontra Olympiakos.

Sadanittant, fil-kampjonat Juventus ġejjin minn żewġ rebħiet importanti kontra Milan u Fiorentina u issa jmisshom jilagħbu kontra Sassuolo s-Sibt li ġej.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280