Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis tkellem dwar il-bidu pożittiv tat-tim tiegħu u tenna wkoll li kieku kien flok Juventus, kien ikollu għalfejn jinkwieta serjament.
“Il-bidu tal-istaġun tagħna qed jinkwieta ħafna lil Juventus. Minkejja li rebħu sitt kampjonati infila, ma jfissirx li żgur li se jerġgħu jirbħuh. Huwa vera li kellna bidu tajjeb ħafna però l-verità nitkellmuha lejn ix-xahar ta’ Marzu.”
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com