Juventus qed ikunu akkużati li għamlu pressjoni fuq Sassuolo biex it-trasferiment ta’ Matteo Politano ma’ Napoli ma jseħħx.

Dan hekk kif qed iqumu dubji dwar xi skop kellhom Sassuolo jirrifjutaw offerta pjuttost kbira, ta’ €28 miljun, għal dan il-plejer.

L-akkużi saru fuq ir-radju uffiċjali ta’ Napoli, Kiss Kiss Napoli, bil-preżentatur Francesco Marciano li ddikjara: “Politano ffirma kuntratt ta’ ħames snin. Sassuolo qalu iva, imma kienet biss logħba. Aċċettaw id-diskussjonijiet biss meta kien tard wisq. It-trasferiment falla tort ta’ Sassuolo u l-pressjoni ta’ Juventus.”

Sors: Kiss Kiss Napoli

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280