Tkompli s-saga għall-midfielder, tlitt ijiem biss ’il bogħod minn għeluq is-suq tat-trasferimenti. B’Juventus ifittxu li jakkwistaw midfielder importanti biex ikun jista’ jsaħħaħ iċ-ċentru tal-iskwadra.

Luis Gustavo ta’ Wolfsburg, huwa interess kbir minn Juventus fejn jidher li t-tim Ġermaniż qed jitlob iżjed minn kemm Juventus lesti li jħallsu.

Mateo Kovačić ta’ Real Madrid huwa każ li għadu kaxxa magħluqa fejn Juventus u Real Madrid jidher li għadu ma kellhom l-ebda laqgħa speċifika fuq il-Kroat.

Żewġ plejers li qed jissemmew ħafna li Juventus qed juru interess fihom. Luis Gustavo u Mateo Kovačić, is-saga tkompli.

Sors: TuttoJuve/Gianluca Di Marzio