Statistika ppubblikata fl-aħħar sigħat turi li Juventus hu l-klabb li qala’ t-tielet l-ogħla ammont ta’ flus mill-kompetizzjonijiet taċ-Champions League li saru fl-aħħar għaxar snin.
Minkejja li l-klabb tilef 2 mill-aħħar tliet finali taċ-Champions League, u l-aħħar edizzjoni mirbuħa kienet tal-1996, kienu biss Real Madrid u Barcelona li qalgħu iżjed flus.
L-istatistika turi hekk: “Real Madrid €465.76 miljun, Barcelona €449.47 miljun u Juventus €428.12 miljun. Dan hu iktar sinifikanti meta wieħed iqis li Juventus ħadu sehem biss f’sitta mill-aħħar għaxar edizzjonijiet.
Fit-tieni post minn fost il-klabbs Taljani hemm Milan b’€205 miljun, segwiti minn Roma, Inter u Napoli. Juventus għandhom ukoll l-aqwa medja ta’ qligħ għal kull staġun minn fost il-klabbs kollha fl-Ewropa b’€61.16 miljun kull staġun.
Sors: Calcio e Finanza
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com