Fit-trattattiva bejn Juventus u Benfica għall-goalkeeper Mattia Perin, se jkun inkluż ukoll lid-difensur João Ferreira li għad għandu 18-il sena. Dan apparti €15-il miljun għal Juventus.

L-indikazzjonijiet huma li Mattia Perin aċċetta t-trasferiment.

Min-naħa l-oħra, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Ferreira, dan mistenni li għalissa jilgħab għall-iskwadra U23. Juventus se jakkwistawh b’self u se jkunu obbligati li jixtruh għalkollox għal €12-il miljun.

Sors: Goal

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280