Fl-aħħar jiem qamu spekulazzjonijiet kbar li Juventus fis-sajf li ġej jistgħu jakkwistaw lill-midfielder stilla mil-Bożnija, Miralem Pjanić.
Dan wara li Juventus jistgħu jitilfu s-servizzi ta’ numru ta’ plejers fil-bidu tal-istaġun li ġej, fost l-oħrajn hekk kif Marchisio jinsab imweġġa’ u se jdum fit-tul.
L-istess Pjanić, fi tmiem ir-rebħa ta’ llum minn Roma, tkellem dwar din l-ispekulazzjoni.
“Fil-futbol ma tista’ tbassar xejn. Ma tistax tippjana xi futur partikolari. Nistennew u naraw. Baqali sentejn fil-kuntratt. Naraw wara li jispiċċa l-istaġun. Juventus? Tim kbir mimli storja. Ikun unur. Futur? Issa naraw.”
Sors: TuttoJuve/Mediaset





