L-eks plejer ta’ Inter Marco Materazzi ammetta li Juventus jixirqilhom li jkunu fl-ewwel post tal-klassifika tas-Serie A.

“Juventus ilhom snin jipprogrammaw il-futur u l-iskwadra jixirqilha l-ewwel post, lil hinn minn kull għajnuna bid-deċiżjonijiet arbitrali. Jekk ikun ilek tirbaħ għal ħames snin u takkwista lil Gonzalo Higuaín allura jfisser li l-intenzjoni tiegħek hi li tibqa’ titjieb,” iddikjara Materazzi.

Iżda l-eks Inter ma naqasx li jkun kontroversjali.

“Hi sitwazzjoni tedjanti, għaliex id-deċiżjonijiet arbitrali dejjem imorru lejn naħa waħda. Tagħja mqar biss titkellem dwar dan. Qatt mhu sabiħ li titlef fil-95 minuta, iktar u iktar diffiċli taċċetta li titlef b’penalty,” stqarr Materazzi.

Sors: Radio Anch’io Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280