Il-midfielder Armen u ta’ Borussia Dortmund Henrikh Mkhitaryan sostna li kollox jista’ jiġri fis-sajf li ġej b’rabta mat-trasferiment tiegħu.
Hu qal li ma jeskludix li jmur jilgħab kemm fis-Serie A jew fil-Kampjonat Spanjol. Qal ukoll li tkun opportunità kbira li jingħaqad ma’ Juventus.
“Nitkellem iktar minn 5 lingwi, u din tagħmilni iktar komdu li niċċaqlaq mill-Ġermanja,” qal Mkhitaryan f’intervista.
Mistoqsi speċifikament dwar Turin, Henrikh Mkhitaryan pront irrisponda: “Possibbli. Għaliex le? Juventus klabb kbir u nkun kuntent jekk jerġa’ jasal l-interess. Ta’ dsatax-il sena kelli kuntatt ma’ Chievo Verona.”
“Jien ma’Juventus? Xejn mhuwa impossibbli,” temm jgħid l-istilla tal-Armenja.
Sors: Gianluca di Marzio/La Gazzetta Dello Sport





