L-objettivi ewlenin ta’ Juventus għal dan is-suq ta’ trasferimenti huma Federico Bernardeschi u Danilo però hemm plejers oħra li Juventus qegħdin ifittxu biex isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej fosthom Mattia De Sciglio, Matteo Darmian, Blaise Matuidi u Steven N’Zonzi.
Il-klawżola biex jinħall mill-kuntratt ta’ dan tal-aħħar hija ta’ €40 miljun però Beppe Marotta sostna li Juventus ma jridux jonfqu €40 miljun għal dan il-plejer.
Il-Franċiż Blaise Matuidi ma jridx iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ PSG u Juventus mistennija jressqu offerta oħra għalih li ma taqbiżx il-€15-il miljun iżda fl-istess ħin il-Bianconeri qed jistennew li jisimgħu xi ħaġa ġdida mingħand Sevilla rigward N’Zonzi.
<strong>Sors: TuttoJuve</strong>
<em>Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.</em>
<em>Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
</em>