Id-diriġenza mmexxija mill-President Andrea Agnelli qed tistudja l-possibbiltà li jkun akkwistat l-attakkant Franċiż Kylian Mbappé fl-immedjat, qabel jiskadi t-terminu ta’ Cristiano Ronaldo f’Turin.

L-iskop ta’ Juventus hu li, qabel Ronaldo jagħlaq il-karriera ma’ Sporting Lisbon, ikollu mqar staġun flimkien mal-Franċiż.

L-attakkant m’għandux prezz, u PSG mhux mistennija jaċċettaw li d-diskussjonijiet jibdew b’inqas minn €180 miljun, il-prezz li kienu akkwistawh mingħand Monaco. Madankollu, jaf ikunu sfurzati jbigħu jekk ma javvanzawx fiċ-Champions League, u allura jkollhom sfida biex ilaħħqu mar-regoli tal-Financial Fair Play.

Il-plejer hu interessanti mhux biss għall-abbiltajiet tekniċi tiegħu, imma wkoll għax kummerċjalment għadu ma ġiex sfruttat (għandu biss lil Nike u Hublot bħala sponsors) u allura Juventus jistgħu jibnu imperu madwaru mill-pedament. Din hi xi ħaġa li qed tagħmel kuraġġ lil Juventus għaliex jafu li jistgħu jagħmlu xi ħaġa simili għal kif Barcelona għamlu b’Neymar, billi joħolqu d-ditta Mbappé (simili għal dak li għamel Cristiano Ronaldo).

Finanzjarjament, s’issa Mbappé jaqla’ daqs kemm qed jitlob Aaron Ramsey, tant li ma jilħaqx l-€10 miljun netti. Dan waqt li hi iktar faċli wkoll li wieħed jiddiskuti miegħu, hekk kif l-aġenti tiegħu huma biss missieru u ommu, flimkien ma’ uffiċċju ta’ avukati minn Pariġi.

Juventus jikkalkulaw li jridu jinvestu mal-€500 miljun, bejn somma tat-trasferiment u paga, iżda konxji li jekk jaħdmu proġett tajjeb madwaru kapaċi jdaħħlu ferm iktar, grazzi wkoll għall-fatt li għandu biss 20 sena. Aktarx li jkun hemm bżonn li jiġi sagrifikat Paulo Dybala.

L-isfida ta’ Juventus hi l-interess ta’ Real Madrid, li tagħhom Kylian ilu partitarju mindu kien tifel. Madankollu, Mbappé hu ffissat ukoll fuq Cristiano Ronaldo.

Sors: La Repubblica

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280