Juventus u Andrea Barzagli jidher li laħqu ftehim biex id-difensur ta’ esperjenza jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb.
Minkejja li issa qed jikber, Juventus mhux lesti jitilfu l-esperjenza u l-professjonalità tal-eks plejer internazzjonali tal-Italja. Kien għalhekk li ħadmu bis-sħiħ biex ikun iffirmat kuntratt li jiskadi f’Ġunju.
Wara dak li mistenni jkun l-aħħar staġun tal-plejer, Juventus jidhru li jridu lill-plejer jibqa’ mal-klabb bħala diriġent. Sadattant, bil-ħin għal-logħob li jibqa’ jonqos hekk kif il-plejer joqrob lejn l-40 sena, Barzagli se jkolli r-rwol importanti li jassisti lil Mattia Caldara biex jidħol fl-ambjent Juventin u jkompli jitgħallem.
Sors: La Stampa
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com