Id-Direttur Sportiv ta’ Barcelona Robert Fernandez jemmen li Juventus fil-Camp Nou se jinżlu bis-sistema tal-‘park the bus’ u joqogħdu jiddefendu r-riżultat.
“Juventus se jiġu fil-Camp Nou biex jużaw is-sistema tal-‘park the bus’ u joqogħdu jiddefendu r-riżultat, però m’għandhomx għalfejn jistħu li jinżlu b’din l-attitudni fit-tieni leg. M’hemm xejn minn xiex tistħi li tpoġġi lill-plejers tiegħek fiż-żona tal-kaxxa l-kbira. Bir-riżultat li kisbu fil-Juventus Stadium, se tkun faċli li jiddefendu u jħallu l-inizjattiva fidejna.”
“Irridu nieħdu ċertu riskji bħal m’għamilna wkoll fil-Juventus Stadium għalkemm xorta waħda ma skurjajniex u sofrejna tliet gowls. Quddiem il-partitarji tagħna rridu nemmnu fit-tim tagħna li jista’ jdawwar ir-riżultat kif propju għamilna kontra PSG għalkemm kontra Juventus se tkun iktar diffiċli milli kontra PSG għax Juventus għandhom iktar esperjenza f’dawn il-logħbiet.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment