Il-kampjonat Taljan se jkompli bil-ħames ġurnata tiegħu bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, b’Juventus ikunu fl-azzjoni ġewwa darhom kontra t-tim ta’ Fiorentina. F’dan l-artiklu se nosservaw xi fatti u figuri rigward dawn iż-żewġ timijiet.

– Din il-partita se tkun il-157 waħda bejn iż-żewġ timijiet. Juventus rebħu 73, Fiorentina rebħu 33 filwaqt li 50 minnhom spiċċaw draw.

– Juventus irnexxielhom jiskurjaw fl-aħħar 31 logħba ġewwa darhom kontra Fiorentina fejn b’kollox skurjaw 53 gowl. L-aħħar darba li Juventus fallew milli jiskurjaw kontra l-Vjola kien fl-1981.

– Fl-1953 Juventus kienu għelbu lil Fiorentina 8-0. Din it-telfa hija l-ikbar waħda li qatt sofrew Fiorentina kemm ilhom jieħdu sehem fis-Serie A.

– Juventus skurjaw 13-il gowl fl-ewwel 4 logħbiet tal-kampjonat, l-iktar darba sa mill-1959/60.

– Juventus għandhom rekord mill-aqwa ġewwa l-Allianz Stadium fejn mill-aħħar 37 logħba mis-Serie A, rebħu 36 u ġew draw darba biss. Huma akkwistaw 109 punti minn massimu ta’ 111.

– Juventus skurjaw fl-aħħar 33 partita tal-kampjonat fejn huma l-iktar team li rnexxielu jagħmel dan. Huma jinsabu 10 logħbiet ’il bogħod milli jilħqu r-rekord ta’ Juventus stess imwaqqaf fl-istaġun 2013/14 fejn irnexxielhom jiskurjaw fi 43 logħba konsekuttiva.

– Gonzalo Higuaín skurja ħames darbiet fl-aħħar sitt logħbiet li lagħab kontra Fiorentina fosthom l-aħħar erbgħa. Fid-debut tiegħu ma’ Juventus proprju kontra Fiorentina, l-Arġentin kien l-awtur tat-tieni gowl Juventin.

– Fit-3 snin li għamel ma’ Fiorentina, Juan Cuadrado għamel 85 apparenza bil-flokk tal-Vjola u skurja 20 gowl.

– L-eks plejer l-ieħor ta’ Fiorentina Federico Bernardeschi, bi 72 partita fil-kampjonat, irnexxielu jiskurja 14-il gowl.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com