Bejn il-ġurnata tat-Tlieta u l-Erbgħa se nassistu għat-tieni ġurnata mill-gruppi tal-Uefa Champions League. Juventus ikunu fl-azzjoni ġewwa l-Allianz Stadium kontra Olympiacos fejn it-tim ta’ Allegri mistenni joħroġ biex akkost ta’ kollox jirbaħ it-tliet punti speċjalment wara d-diżappunt tal-ewwel ġurnata.

Qabel din il-partita, se nosservaw xi statistika fuq dawn iż-żewġ timijiet.

– Juventus ilhom ma jitilfu 19-il logħba ġewwa darhom fiċ-Champions League u 23 partita fil-kompetizzjonijiet kollha Ewropej.

– F’din il-kompetizzjoni, dawn iż-żewġ timijiet lagħbu kontra xulxin 10 darbiet fejn Juventus rebħu 6, Olympiacos rebħu 2 filwaqt li 2 logħbiet oħra spiċċaw f’parità.

– F’dawn l-10 logħbiet Juventus irnexxielhom jiskurjaw 21 gowl filwaqt li l-Griegi skurjaw 9.

– Din hija t-18-il darba li Olympiacos qegħdin jieħdu sehem fil-gruppi ta’ din il-kompetizzjoni.

– Olympiacos biex waslu s’hawnhekk lagħbu fit-tielet round u fil-playoff fejn rebħu kontra FK Partizan u HNK Rijeka rispettivament.

– Fl-aħħar 4 partiti barra minn darhom, Olympiacos rebħu tliet darbiet.

Sors: juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com