It-tim ta’ Juventus Women issiġilla riżultat storiku hekk kif għeleb lil Fiorentina 2-1 sabiex rebaħ l-ewwel Coppa Italia fl-istorja.

Dan ifisser li l-Bianconeri għalqu l-istaġun f’dominju domestiku wara li l-ġimgħa l-oħra rebħu anke t-tieni kampjonat tagħhom.

Fiorentina bdew il-partita fuq nota aħjar minn Juventus għaliex kellhom iżjed pussess. Madankollu, kienu Juventus li fetħu l-iskor kmieni fil-partita, b’gowl ta’ Petronella Ekroth li minn qagħda tajba, xeħtet ġewwa bir-ras wara kross ta’ Cristiana Girelli.

Juventus kważi rduppjaw l-iskor grazzi għal Eni Aluko iżda x-xutt tagħha għadda barra. Fiorentina kienu għoddhom ġabu d-draw meta Tatiana Bonetti impenjat lil Laura Giuliani b’xutt mill-isbaħ.

Però, hekk kif kienet għadha għaddiet minuta minn dik l-azzjoni, Valentina Cernoia sparat xutt minn distanza twila sabiex tefgħet lil Juventus żewġ gowls minn fuq.

Il-Viola fetħu t-tieni taqsima aħjar u kienet Bonetti li reġgħet kienet propożittiva fuq quddiem iżda Giuliani baqgħet fil-vantaġġ fl-sfida personali bejniethom.

Juventus baqgħu jagħfsu iżda mentri ma setgħux jirduppjaw l-iskor, Fiorentina naqqsu l-marġni grazzi għal Bonetti li b’daqqa ta’ ras mill-viċin approfittat minn indeċiżjoni ta’ Giuliani.

Madankollu, Juventus żammew il-vantaġġ ta’ gowl li kellhom sal-aħħar sabiex rebħu t-tielet tazza f’sentejn ta’ storja.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280