L-inċertezza dwar il-futur tal-attakkant Gonzalo Higuaín, u n-nuqqas ta’ akkwisti mill-klabb ta’ Napoli, qed twassal għal tensjoni fl-ambjent Naplitan.
Dan hu rifless fil-kampanja abbonamenti tal-klabb, li wara ġimgħa rreġistrat biss ftit mijiet ta’ abbonamenti. Ċifri li iktar jixirqu lil klabb li jkun qed jiġġieled biex jevita r-relegazzjoni milli klabb li wasal sat-tieni post tal-klassifika fl-istaġun li għadu kif intemm.
Jingħad ukoll li waqt attività għall-partitarji, il-President Aurelio De Laurentiis irċieva biss ftit ċapċip b’nofs qalb.
Sors: Il Corriere dello Sport