Kif kulħadd jaf, l-avversarji fi Grupp D taċ-Champions League huma Barcelona, Olympiacos u Sporting CP.
Fil-kampjonati domestiċi tagħhom, Barcelona kellhom rebħa konvinċenti kontra r-rivali Espanyol fejn għelbuhom bl-iskor ta’ 5-0 fejn il-protagonista kien is-solitu Lionel Messi fejn skurja tliet gowls. Olympiacos barra minn darhom kisbu draw kontra Xanthi, bil-gowl jasal minn Bjorn Engels. L-aħħar tim huma Sporting CP li f’dan il-weekend kellhom rebħa tajba barra minn darhom kontra Feirense fejn għelbuhom bl-iskor ta’ 2-3.
Wara li Sporting fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls permezz ta’ Sebastian Coates u Bruno Fernandes, l-avversarji ġabu l-iskor indaqs u proprju fid-90 minuta Sporting rebħu l-partita permezz ta’ penalty skurjat minn Bas Dost.
L-ewwel avversarji ta’ Juventus se jkunu Barcelona, partita li se tintlagħab illum ġewwa l-Camp Nou.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com