Fil-konferenza stampa ta’ Blaise Matuidi, id-direttur Sportiv ta’ Juventus Giuseppe Marotta ġie mistoqsi dwar il-possibbiltajiet li Juventus jiffirmaw lil Keita Baldé u lil Patrik Schick.

Marotta xejjen kull spekulazzjoni li għaddejja bħalissa u sostna li l-kapitlu fuq dawn iż-żewġ plejers huwa magħluq u mhux se jkunu qed jissieħbu ma’ Juventus.

“Keita u Schick huma kapitlu magħluq. Il-ġurnalisti faċli jgħidu li dawn se jiffirmaw ma’ Juventus, Milan jew Roma però nista’ nikkonferma li għalina huma kapitlu magħluq. Preżentament, it-tim jinsab tajjeb iżda xorta rridu nevalwaw xi opportunitajiet li jkun hemm fis-suq.”

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280