Kuntrarju għall-polemika li qalgħu Inter wara l-logħba kontra Juventus, il-kowċ ta’ Cagliari qal li r-rebħa ta’ Juventus kienet meritata.
Mistoqsi dwar penalty li seta’ kellu jingħata favur l-iskwadra tiegħu, Massimo Rastelli wieġeb hekk: “X’penalty, ma nibdewx! Juventus kien ħaqqhom rebħa. Qed nitkellmu fuq skwadra b’saħħitha, mimlija plejers ta’ kwalità u jiddispjaċini biss li ma poġġejnihomx f’diffikultà. Jiddispjaċini għall-plejers tiegħi għax taw dak kollu li setgħu.”
Sors: Mediaset Premium






