Is-sit tal-UEFA ħareġ lista tal-ammont ta’ punti miksuba mill-istaġun 2014/15 sal-lum mill-klabbs fl-ogħla diviżjonijiet tal-Ewropa.

L-istatistika turi li fl-aħħar tliet staġuni Juventus akkwistaw 300 punt b’kollox, biex b’hekk jinsabu fit-tieni post tal-klassifika.

Juventus b’hekk isegwu lil Barcelona, li fl-istess perjodu kisbu żewġ kampjonati u total ta’ 306 punti.

Klassifika ta’ punti mill-2014/15 sal-lum:

1) Barcelona (SPA): 306 punti;
2) Juventus (ITA): 300 punt;
3) Paris Saint-Germain (FRA): 298 punt;
3) Real Madrid (SPA): 298 punt;
5) Bayern München (ĠER): 275 punt;
6) Atlético Madrid (SPA): 267 punt;
7) Roma (ITA): 264 punt;
8) Napoli (ITA): 263 punt;
9) Monaco (FRA): 259 punt;
10) Manchester City (ING): 254 punt.

Jekk wieħed jikkalkula wkoll il-punti fiċ-Champions League, Juventus jinżlu fit-tielet post:

1) Barcelona (SPA): 391 punt;
2) Real Madrid (SPA): 388 punt;
3) Juventus (ITA): 373 punt;
4) Paris Saint-Germain (FRA): 360 punt;
5) Bayern München (ĠER): 353 punt;
6) Atlético Madrid (ESP): 335 punt;
7) Manchester City (ING): 307 punti;
8) Monaco (FRA): 296 punt;
9) Chelsea (ING): 288 punt;
10) Roma (ITA): 283 punt.

Sors: UEFA

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280