F’intervista għal Bein Sports, il-midfielder internazzjonali Franċiż li preżentement jilgħab ma’ PSG, Blaise Matuidi ammetta li fis-sajf li għadda kien viċin ħafna li jissieħeb lil Juventus.
Matuidi kien fost l-ikbar ‘targets’ ta’ Juventus minħabba t-tluq tal-Franċiż l-ieħor Paul Pogba.
“Fil-verità, fis-sajf li għadda kien hemm iktar minn kuntatt wieħed ma’ Juventus rigward it-trasferiment tiegħi ghal magħhom u fil-fatt kont viċin ħafna li ningħaqad ma’ Juventus. Wara l-Euro 2016, jien, flimkien mal-aġent tiegħi, kellna diskussjonijiet mad-diriġenti ta’ Juventus.”
“Jien personalment xtaqt nitkellem ma’ PSG rigward is-sitwazzjoni tal-kowċ il-ġdid. Wara li tkellimt mal-kowċ il-ġdid Emery iċċarajna l-affarijiet kollha u ssetiljajna kollox. Onestament f’dak iż-żmien xtaqt li nitlaq lil PSG però ninsab kuntent ħafna ma’ dan it-tim u ninsab kburi li qed nilbes dan il-flokk. Nixtieq li nibqa’ nilgħab magħhom għal ħafna żmien.”
Sors: Bein Sports
Ħalli Kumment