It-titjira li kellha twassal lill-iskwadra ta’ A.C. Milan lejn Doha ġiet posposta b’24 siegħa, b’konsegwenza li issa l-plejers ta’ Milan se jaslu fil-Qatar għada (l-Erbgħa) fit-15:00.

Waqt li Juventus diġà waslu fid-destinazzjoni tagħhom, dan qajjem rabja minn Adriano Galliani: “Sofrejna dannu kbir. Juventus diġà trankwilli għas-sħana ta’ Doha, u aħna se jkollna nagħmlu biss sessjoni waħda ta’ taħriġ.”

Għall-kuntrarju, Juventus għada mistennija jitħarrġu f’temperatura ta’ madwar 20°C iktar minn dik f’Milanello.

Jekk anke t-titjira ta’ għada tiġi posposta għal ħin konsiderevoli, Milan mhux mistennija jħallu l-Italja u allura jitilfu l-finali tal-Ġimgħa, fil-17:30.

Sors: Ansa

dical-banner-1200×280