Hekk kif se jibda staġun ġdid għat-tim tal-Primavera, Juventus ħabbru li l-kowċ il-ġdid se jkun Francesco Baldini, li fl-staġun li għadda rebaħ l-Scudetto u s-Super Cup mal-U17’s ta’ Roma.

Baldini għandu passat ma’ Juventus hekk kif bħala plejer huwa rebaħ il-kampjonat u t-turnew ta’ Viareggio, fl-staġun 1993/94 fejn fl-istess tim miegħu kienu jilagħbu Alessandro Dal Canto, il-kowc preċedenti u l-leġġenda Juventina Alessandro Del Piero.

Ma’ Juventus, Baldini lagħab tliet partiti, kollha taħt Giovanni Trapattoni.

Fil-karriera tiegħu, Baldini lagħab anke ma’ Lucchese, Napoli, Reggina, Genoa, Perugia, Lugano u San Marino.

Bħala kowċ, huwa kien mal-Allievi u l-Primavera ta’ Bologna, Sestri Levante u Lucchese, apparti propju Roma.

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280