Waqt il-partita bejn Atalanta u Juventus, il-kummentatur ta’ Juventus Channel Enrico Zambruno spiċċa attakkat minn partitarju ta’ Atalanta.

Is-segwaċi tal-istazzjon Juventin ma kellhomx aċċess biex jisimgħu d-deskrizzjoni tat-tieni gowl ta’ Atalanta għaliex dak kien il-mument fejn Zambruno ġie aggredit.

Zambruno ġie mbuttat mill-istess partitarju fost għajjat u kliem ħażin fil-konfront tiegħu. Il-kummentatur Juventin għamel apoloġija għas-segwaċi tiegħu għall-fatt li ma setax ikompli jikkummenta l-partita.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280